Cesena jkeċċu lill-kowċ

Il-klabb tas-Serie B, Cesena, ħabbar fuq is-sit uffiċjali tiegħu li keċċew lill-kowċ tagħhom Andrea Camplone wara t-telfa pjuttost kbira tal-bieraħ kontra Pro Vercelli bl-iskor ta’ 5-2.
Cesena, li żewġ staġuni ilu kienu fis-Serie A, jinsabu fi kriżi sħiħa hekk kif qegħdin f’qiegħ il-klassifika b’erba’ punti minn seba’ partiti, b’rebħa waħda, ħames telfiet u draw.
Il-favorit li jieħu post Camplone jista’ jkun Fabrizio Castori, li bejn l-2003 u l-2008 diġà kien imexxi lit-tim li jinsab fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.