‘Ċertu residenti għandhom attitudni ta’ cowboy’ – Kunsill Mqabba

Facebook - Kunsill Imqabba

Il-Kunsill Lokali tal-Imqabba qal li ċertu residenti fil-lokalità għandhom attitudni ta’ cowboy. Dan qalu f’reazzjoni għas-sejba ta’ velenu tal-bebbux fuq bankina fil-lokalità.

Fuq Facebook, il-Kunsill qal li l-velenu tpoġġa għal t’apposta biex jagħmel ħsara lil kull ħaġa ħajja li tgħaddi minn ħdejh. Il-Kunsill staqsa għalfejn affarijiet bħal dawn jibqgħu jiġru fl-2019.

Il-velenu tal-bebbux jista’ jattira lill-klieb u jkun ta’ periklu għas-saħħa tagħhom.

This is the cowboy attitude taken by some irresponsible residents in our locality.Snail poison which was purposely put…

Posted by L-Imqabba Local Council on Saturday, April 27, 2019

Reċentament, dar tas-Seklu 18 fl-Imqabba kienet ivvandalizzata wara li xi persuna jew persuni tefgħu likwidu iswed mal-faċċata. Fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli qalet li din hi l-binja li spiċċat fil-mira tal-vandali tmur lura għall-1726 u kienet mibnija minn Fra Orfeo de Vincenzo, Prijur fl-Ordni ta’ San Ġwann.