Ċertifikat ta’ Eċċellenza mit-Trip Advisor lit-Torri l-Aħmar

It-Torri ta’ Sant’Agata fil-Mellieħa, jew it-Torri l-Aħmar kif inhu aktar magħruf, rebaħ Ċertifikat ta’ Eċċellenza mit-Trip Advisor, meqjus bħala l-ikbar sit tal-ivvjaġġar;
It-Torri, li nbena bejn l-1647 u l-1648 illum għandu simbolu ta’ valur storiku u kulturali għat-turisti li jżuru Malta.
L-għaqda Din l-Art Ħelwa qalet li din l-aħbar hi ta’ sodisfazzjon kemm għaliha kif ukoll għal għadd ta’ voluntiera li jieħdu ħsieb it-torri.