“Ċerti li hawn Malta nistgħu nagħmluha” – Charles Mifsud

L-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook dil-ġimgħa tlaqqagħna ma’ Fr Franco Fenech, Kappillan tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u membru tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem u Charles Mifsud, Koordinatur tad-Djar tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem. L-intervista ddur mal-proġett ‘Half-way Home’ għal dawk li jkunu qed jiskontaw l-aħħar parti tas-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva.

Iż-żewġ kelliema jintalbu jagħtu l-aħħar żviluppi fil-proċess li jħares lejn ħolma li fil-futur titwettaq realtà. Jintalbu jfissru kemm jaħsbu li l-‘Half-way Home’ hi possibbli li tkun attwata f’pajjiżna, anki meta minn esperjenza ta’ proġett simili fl-Olanda jirriżulta li jinvolvi ħidma ta’ ħafna voluntiera. X’inhuma l-isfidi? X’appoġġ hemm għall-idea mill-President tar-Repubblika Dr George Abela? Meta kuntrastata ma’ sistemi lil hinn minn Malta, is-sistema Maltija kemm hi preparata għat-tħaddim ta’ dal-proġett?

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.