“Ċerti anzjani qatt jew rari jkollhom min iżurhom”

Uħud mill-anzjani li jgħixu fid-djar residenzjali qatt jew inkella rari jkollhom min iżurhom.
Dan ħareġ wara li s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiv, Anthony Agius Decelis żar l-anzjani li jinsabu fir-residenzi u tkellem magħhom.
Kien propju għalhekk li ttieħdet l-inizjattiva mis-Segretarjat Parlamentari u l-Kumitat dwar Għajnuna Soċjali  biex tkun organizzata ikla għall-anzjani fi żmien il-Milied.
Għal din l-ikla attendew ‘il fuq minn mitt anzjan.