Ċermen u Direttur Eżekuttiv ġdid għall-EASO

Mag Wolfgang Taucher inħatar Ċermen tal-bord tal-EASO filwaqt li Josè Carriera nħatar Direttur Eżekuttiv.
Dawn il-ħatriet fl-Uffiċċju tal-Ażil Ewropew saru aktar kmieni din il-ġimgħa waqt laqgħa tal-bord fejn ġiet diskussa wkoll il-qafas tal-aġenda Ewropea tal-Immigrazzjoni.

Reazzjoni PN
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista saħaq fuq l-importanza strateġika tal-EASO biex ikun hawn azzjoni olistika għall-immigrazzjoni u l-ażil madwar l-Ewropa, li tinkoraġġixxi r-rilokazzjoni ta’ persuni li jingħataw protezzjoni internazzjonali u biex tissaħħaħ il-ħidma Ewropea għall-kriżi tar-refuġjati.