Ċermen ġdid għall-BOV

Inħatru ċermen u direttur ġodda għall-bank Malti, Bank of Valletta.
Fi stqarrija, il-Bank ħabbar li ċ-ċermen kurrenti tal-BOV, John Cassar White, se jkun qed jirriżenja, u għalhekk minfloku se jinħatar ċermen Taddeo Scerri filwaqt li Anita Mangion se tinħatar direttur fuq il-bord tad-diretturi tal-Bank. Malli jkunu approvati, it-tnejn li huma jkunu eletti għal perjodu ta' sena, li tibda mis-16 ta' Diċembru 2016.
Antonio Piras kien innominat minn UniCredit S.p.A. biex iservi bħala rappreżentant fuq il-bord tad-diretturi tal-Bank.
Taddeo Scerri kien appuntat fuq il-Bord tal-BOV f'April tal-2013. Bħalissa hu ċermen tal-Kumitat tal-Awditjar tal-Bank u membru ta' żewġ kumitati, li huma l-kumitat tar-remunerazzjoni u dak tal-assi u responsabilità.
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali se ssir fis-16 ta' Diċembru, fejn ix-shareholders se jeleġġu s-sitt diretturi l-oħra.