Cerelac irtirat mis-suq

Il-prodotti 3 Cereals with Milk (Lott: L70090291) u Mixed Fruits and Wheat with Milk (Lott: L63580291) ta’ Nestlè Cerelac m’għandhomx jiġu kkonsmati.

 

Skont stqarrija maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, il-prodotti ġew irtirati mis-suq, minħabba livelli għoljin ta’ polycyclic aromatic hydrocarbons (PAH).

Parti mill-konsenja li oriġinat minn Spanja laħqet inbiegħet fis-suq lokali.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21 33 7333.