Ċentru YMCA f’Ħaz-Żabbar

Il-YMCA f'Malta tiftaħ ċentru ġewwa Ħaz-Żabbar għall-bejgħ ta’ ħwejjeġ, kotba u oġġetti oħra.

Id-dħul li se jinġabar minn dan il-bejħ se ikompli jsostni finanzjarjament il-progetti favur il-vulnerabbli. Preżentament il-YMCA tiffunzjona u tagħti servizzi ġewwa l-Belt Valletta, Pietà, l-Imsida u issa’ wkoll ġewwa Ħaz-Zabbar. 

Il-Kap Ezekuttiv Anthony Camilleri jistqarr: “Din hija l-ewwel fazi ta’ dan iċ-ċentru u se nkunu qegħdin nidħlu aktar fir-reqqa sabiex naraw kif nistgħu nkunu ta’ għajnuna ghal-familiji ta’ din il-lokalità speċjalment iz-zgħazagħ u noffru servizzi mill-istess post.

Iċ-ċentru huwa miftuħ għal-pubbliku kull nhar ta’ Tlieta bejn id-9.00am u 1.00pm, il-Ħamis bejn is-2.00pm u 6.00pm u nhar ta’ Sibt bejn id-9.00am u 1.00pm.  

Camilleri kompla jistqarr li l-YMCA se tkun qed tersaq aktar fil-qrib tal-familiji f’din il-lokalità sabiex tkompli toffri għajnuna fejn ikun hemm bzonn. Il-YMCA qed tilqa’ għajnuna minn dawk li jixtiequ joffru l-għajnuna tagħhom u jistgħu jikkuntatjaw lit-tim fuq 27674278.