Ċentru tal-lingwa Maltija fl-Università ta’ Bremen

Waqt iż-żjara statali fil-Ġermanja, il-President George Abela akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, l-Ambaxxatur Albert Friggieri, ir-Rettur tal-Università Juanito Camilleri u uffiċjali oħra, żar l-Università ta’ Bremen.
Id-delegazzjoni Maltija ngħatat merħba mill-Professur Bernd Scholz-Reiter, li huwa r-Rettur tal-Università ta’ Bremen.
Il-Professur Stolz imexxi wkoll iċ-Ċentru Malti fl-istess Università.
Huwa spjega kif aktar minn 100 student minn madwar id-dinja qed jistudjaw il-Malti f’din l-Università.