Ċentru tad-dentistrija ġerjatrika f’San Vinċenz de Paul

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ffirma ftehim mal-Università ta’ Malta li bis-saħħa tiegħu se jinfetaħ ċentru tad-dentistrija ġerjatrika f’San Vinċenz de Paul.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca fissret dan il-ftehim bħala wieħed li se jkompli joħloq solidarjetà interġenerazzjonali fi ħdan ir-residenza għaliex se jkun hemm kuntatt dirett bejn l-istudenti żgħażagħ li qed jaspiraw li jsiru dentisti, u l-anzjani.
Spjegat li l-anzjani se jibqa’ jkollhom check-ups regolari permezz ta’ dan iċ-ċentru fir-residenza stess.
Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Franco Mercieca, spjega kif il-kura dentali u ġerjatrika hija importanti għall-anzjani minħabba li fin-nuqqas ta’ din il-kura jista’ jkun hemm effetti ħżiena f’saħħet l-anzjani.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott