Ċentru ta’ taħriġ inawgurat f’SVPR

Fir-residenza tal-anzjani San Vinċenz de Paule, ġie inawgurat ċentru għat-taħriġ tal-ħaddiema fil-kura tal-anzjani.
Il-proġett, li parti minnu tħallas minn fondi tal-UE, hu parti mill-proġett usa tal-Gvern, li jibdel lil San Vinċenz de Paule f’ċentru ta’ eċċellenza fit-taħriġ fil-kura tal-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, qalet li l-proġett wiesgħa jfisser li 1,200 ħaddiem jiġu mħarrġa fil-qasam tal-anzjani u persuni b’diżabilità. Spjegat kif it-taħriġ mogħti ġie akkreditat miċ-ċentru ta’ rikonoxximent għall-kwalifiċi, u mill-Università ta’ Malta. Dan, spjegat, juri l-impenn tal-Gvern li l-ħaddiema jkunu mħarrġa biex tkompli titjieb il-kwalità ta’ servizzi mogħtija lill-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Ian Borg, fisser kif din kienet l-ewwel darba li r-residenza tal-anzjani gawdiet minn fondi tal-UE. Spjega li matul dawn is-sentejn, qed jiġu investiti €2 miljun fit-taħriġ tal-ħaddiema u l-użu tal-enerġija fir-residenza. 
Ritratti: DOI – Reuben Piscopo