Ċentru korrettiv attrezzat bil-kompjuters

MEDE & MHAS

Iċ-Ċentru tas-Servizzi Ristorattivi Residenzjali (CoRRS) ġie attrezzat b’kamra bil-kompjuters wara kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Intern  u l-Ministeru għall-Edukazzjoni. Iċ-ċentru jospità persuni li qed jiskontaw sentenza l-ħabs u li għandhom taħt il-21 sena. B’hekk huma se jkunu jistgħu jkomplu l-iżvilupp edukattiv tagħhom.

Il-kamra mgħammra b’10 laptops ġodda li ġew provduti mill-Ministeru għall-Edukazzjoni filwaqt li l-Ministeru għall-intern ħa ħsieb l-installazzjoni tagħhom. Il-laptops se jkunu qed jintużaw għal taħriġ fit-Teknoloġija Informatika.