Ċentru ġdid ta’ Matul il-Jum fil-Gżira

Fil-Gżira ġie inawgurat ċentru ġdid ta’ matul il-jum għall-anzjani.
Dan wara ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-kunsill lokali tal-Gżira.
Justyne Caruana qalet li dan iċ-ċentru ġdid iżid is-servizzi mogħtija lill-anzjani biex jibqgħu attivi fil-komunità.
Dan iċ-ċentru se jiftaħ tliet darbiet fil-ġimgħa u se joffri programm ta’ taħriġ li jikkomplimenta l-prospektus li ħareġ is-Segretarjat Parlamentari għaċ-ċentri ta’ matul il-jum l-oħra.
Ritratt: DOI Malta – Reuben Piscopo