Ċentru ġdid għall-iżvilupp soċjali fil-Qawra

Fil-Qawra infetaħ ċentru ġdid għall-iżvilupp soċjali biex minnu jingħataw servizzi lill-komunità, inkluż lill-familji.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li s-servizzi mogħtija se jkunu indirizzati lejn il-problemi li għandhom in-nies  u għalhekk dan iċ-ċentru se jaħdem biex itejjeb il-ħiliet u l-kompetenzi ta’ kulħadd.
Minn dan iċ-ċentru se jingħataw fost l-oħrajn servizzi ta’ xogħol fil-komunità, counselling, servizzi dwar saħħa u l-kura tal-persuna, edukazzjoni bikrija għat-tfal, servizzi għal wara l-iskola, għaż-żgħażagħ, servizzi bi tħejjija għal dawk li se jsiru ġenituri u sapport għall-ġenituri. 

Ritratt: DOI – Clifton Fenech