Ċentru ġdid għall-anzjani fil-Kalkara

Se jinfetaħ ċentru ta' anzjanità attiva ġdid fil-Kalkara.
Il-Ministeru għat-Trasport, is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva ħabbru li sar ftehim bejn it-tliet entitajiet differenti biex jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid.
Qalu li dan se jkun parti integrali mit-twettiq tal-istrateġija tal-anzjanità attiva u jsegwi sensiela ta' proġetti infrastrutturali miż-żewġ Segretarjat Parlamentari.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn tħabbar dan il-ftehim, il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Jeffrey Pullicino Orlando, qal li ġiet identifikata l-parti ta' taħt l-Esplora, fejn sostna li r-restawr se jibda fuq il-post fi ftit ġimgħat. Saħaq li dan hu post xieraq li jingħata lura għal-dawk l-anzjani tal-lokalità.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut