Ċentru ġdid għal żgħażagħ li ma komplewx l-istudji

Fil-kumpless Umberto Colosso f’Santa Venera llum ġie inawgurat Ċentru ta’ Taħriġ tal- programm Youth. Inc u Youth Hub.

Il-programm huwa miftuħ għal żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-21 sena li ma rnexxilhomx ikomplu l-istudji tagħhom, primarjament minħabba li ma baqgħux jattendu l-iskola jew ma kellhomx biżżejjed riżultati tajba tas-SEC.

Bħalissa hemm 63 persuna f’dan il-programm, immexxi mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi b’kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u l-Kunsill Malti għall-Kwalifiki.

Aktar minn 140 ġuvni u tfajla fl-eta’ bejn is-16 u l-21 sena ingħataw ċans ġdid biex ikollhom futur aħjar u fil-fatt 28 minnhom diġa daħlu fis-suq tax-xogħol u sabu impjieg permanenti.