Central Link: Segretarju tal-PL jingħata direct order – Azzopardi

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopari allega fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp li l-Gvern qabbad b`direct order lil CrowdNet Ltd kumpanija tal-Perit William Lewis u l-mara tiegħu biex jagħti konsulenza lil Transport Malta dwar il-proġett tal-Central Link. Lewis huwa is-segretarju organizattiv tal-Partit Laburista.

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp illum iddiskuta l-proġett tal-Central Link f`Ħ`Attard li ser jgħaqqad ir-Rabat mal-Imrieħel li se jiswa` €55 miljun.

Huwa qal li f`artiklu f’The Times dwar pjani ta’ Transport Malta ‘il fuq minn 200 siġra kienu se jinqalgħu.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li l-proposta dwar il-200 siġra kienu biss l-ewwel abbozz. Hu spjega li l-pjani komplew jitjiebu u l-pjanti komplew jinbidlu. Dan il-proġett ilu ppjanat għexieren ta’ snin iżda ma sarx.

Borg qal li l-proġett m`għandux ma ssirx minħabba pressjonijiet ta’ individwi li jkollhom interess personali oħra.

Ian Borg, qal li 98 persuna biss mill-petizzjoni huma reġistrati f’Ħ’Attard, fejn jgħixu 11,000 persuna.