Central Link: Jibdew petizzjoni favurih

Wara xhur nisimgħu b’oppożizzjoni għall-proġett Central Link, u lmenti qatigħ, jidher illi mhux ir-residenti kollha tal-madwar huma kontra dan il-proġett.

Il-Malta Automobile Club beda petizzjoni favur il-proġett Central Link, għaliex skontu, dal-proġett hu mistenni li jnaqqas in-numru ta’ karozzi li jgħaddu mill-qalba tar-raħal, u għalhekk jonqos it-traffiku.

Barra minn hekk, huma tal-fehma li l-emissjonijiet mill-karozzi għandhom jonqsu bi 13%, li l-ħin biex tgħaddi minn dit-triq għandu jonqos b’nofs, u li s-sitwazzjoni għandha titjieb għall-passejja u għaċ-ċiklisti.

S’issa ffirmat il-petizzjoni aktar minn 500 persuna.