Central Link: Grada b’katnazz timblokka aċċess għal triq f’Ħ’Attard

Moviment Graffitti

Read in English.

Residenti ta’ Triq Fedinand Inglott f’Ħ’Attard sabu t-triq tagħhom magħluqa bi grada u katnazz hekk kif Infrastracture Malta tinsab għaddejja bix-xogħlijiet fuq il-proġett tas-Central Link. Dan qalitu l-għaqda Moviment Graffitti permezz ta’ post fuq Facebook fejn anke ppubblikat xi ritratti.

L-NGO insistiet li m’hemmx possibiltà għal aċċess ta’ triq permezz ta’ karozzi, anke f’każ ta’ emerġenza. Sostniet li deċiżjoni tat-tip hija krudili fil-konfront ta’ persuni b’diżabbiltà u anzjani li jgħixu fiż-żona.

Moviment Graffitti qalet li r-residenti ma kinux infurmati dwar min seta’ jkun ikkuntattjat biex il-grada tinfetaħ f’każi ta’ emerġenza. Humma ddeskrivewha bħala “illegali, abbużiva u perikoluża”. Il-garaxxijiet kienu blokkati wkoll permezz ta’ blokok tal-konkos kbar, u l-għaqda qalet li dan sar mingħajr ma r-residenti kienu afdati b’dak u ma kienx hemm indikazzjoni ta’ meta l-imblokk kien se jitneħħa.

Dwar il-grada, Moviment Graffitti insistiet li din ma kienet issemmiet fl-ebda parti tal-metodu approvat ta’ kif kellu jsiru il-proġett.

“Li ssakkar persuni bl-ebda konsiderazzjoni għas-sigurtà tagħhom mhux aġir aċċettabbli,” qalet l-NGO.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lil Infrastructure Malta dwar il-każ. Sal-ħin tal-pubblikazzjoni kienet għadha ma waslitx risposta dwarhom.

⚠️ ATTARD RESIDENTS LOCKED IN THEIR HOMES ⚠️For some days now, works contracted by Infrastructure Malta (as part of…

Posted by Moviment Graffitti on Tuesday, July 21, 2020