“Ċempilt 111 u ħadd ma seta’ jgħinni” – Adrian Saliba

Fuq barra ta' bar fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa filgħaxija

Dan ir-ritratt ittieħed fil-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa li għadda u wara li ttella’ fuq il-midja soċjali ħoloq ħafna diskussjoni speċjali wara li lbieraħ tħabbar li n-numru ta’ każijiet ġodda f’pajjiżna kien ta’ 78.

Adrian Saliba minn Rewind Productions, il-kumpanija li tipproduċi sensiliet bħal F’Ġieħ L-Imħabba u Sorelle, li mill-aħħar ta’ Settembru se jkunu qed jirritornaw fuq TVM, spjega li wara ġurnata filming hu flimkien mal-crew u xi atturi ta’ bilfors kellhom jgħaddu minn qalb dawn in-nies kollha sabiex imorru għall-karozza.

“Ovvjament aħna biss konna bil-maskra. Ċempilt l-għassa tal-Belt u l-pulizija qalli aħna ma nistgħu nagħmlu xejn. Ċempilt 111 u ħadd ma seta’ jgħinni. Min suppost qed jiċċekkja fuq dawn l-affarijiet?” staqsa Saliba.

78 CASES u hafna min nies mhux jatu kas.Nhar il-gimgha l-belt. Wara gurnata filming. Jien u l-koleggi tieghi kelna…

Posted by Adrian Saliba on Sunday, September 13, 2020

Il-post ta’ Adrian Saliba wassal għal bosta kummenti ta’ nies li baqgħu xxukkjati bl-attitudni ta’ dawn il-persuni li kienu qed jiffrekwentaw dan il-bar il-Ġimgħa filgħaxija mingħajr ebda distanza soċjali bejniethom, meta fl-istess waqt il-każijiet b’rabta mal-coronavirus kuljum qed jiżdiedu b’mod allarmanti.

U int x’taħseb dwar dan?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt