Celtic u Lazio jeħlu multa mill-Uefa

Celtic u Lazio ġew penalizzati mill-Uefa wara li l-partitarji kantaw “innijiet illeċiti”waqt il-logħba ta’ bejniethom tal-Europa League. Dak li kantaw ma kellux x’jaqsam ma’ razziżmu, iżda kien jinvolvi lingwaġġ oxxen.

It-tim Skoċċiż ġie ippenalizzat ukoll minħabba li l-partitarji tajjru xi bnadar b’messaġġi lleċiti fuqhom waqt il-logħoba li spiċċar 2-1. Waħda mill-bnadar kellha lill-eks leader Taljan Benito Mussolini rasu ‘l isfel u fuq oħra kien hemm kliem ħażin miktub bit-Taljan.

Ix-xahar li għadda Celtic weħlu multa ta’ aktar minn €10,000 minħabba li l-partitarji xegħlu l-flares waqt il-logħba kontra Cluj fl-Europa League.