Celtic se jippruvaw jirbħu l-league għall-10 darba konsekuttivi

L-Iskozja saret l-aħħar kampjonat tal-futbol Ewropew li waqqaf l-istaġun attwali minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Dan ifisser li Celtic issa jiġu li rebħu d-disa’ titlu konsekuttiv. 

Il-maniġer tagħhom Neil Lennon qal li huma kien ħaqqhom jirbħu l-league Skoċċiż għad-disa’ darba. “Issa rridu nirbħu l-10 wieħed,” qal lill-partitarji. “Avveniment li qatt ma seħħ fl-istorja tal-futbol f’pajjiżna.”

Il-Premiership Skoċċiż twaqqaf wara li l-klabbs qablu unanimament li ma kien hemm l-ebda prospett li jitlesta l-istaġun.  It-tmien tal-kampjonat ġie deċiż bil-punti mirbuħa għal kull logħba qabel ma seħħ il-lockdown fil-pajjiż.

Celtic kellhom 80 punt minn 30 logħba u għalhekk kellhom 2.66 punti għal kull logħba. Rangers spiċċaw it-tieni bi 2.31 punti għal kull logħba. It-tim tal-Hearts ġew relegati. 

It-tmiem tal-league fl-Iskozja wasal wara li l-aqwa kampjonat ta’ Franza, Ligue 1, ikkanċella l-istaġun bit-titlu jingħata lil Paris St Germain.  Il-Belġju u l-Olanda wkoll skrappjaw il-leagues tagħhom. 

Imma l-logħob tal-Bundesliga fil-Ġermanja kompla fit-tmiem tal-ġimgħa l-oħra waqt li l-kampjonat Premier Ingliż bħalissa jinsab f’diskussjoni mal-Gvern u l-klabbs dwar il-bidu mill-ġdid f’Ġunju.