Celine Dion se tagħti kunċert f’Malta

Ritratt: Sony Music Entertainment

L-aħbar hija waħda uffiċjali li l-kantanta ta’ fama internazzjonali Cèline Dion se tkun qiegħda tagħti kunċert ġewwa pajjiżna f’Lulju li ġej.

L-avveniment huwa organizzat minn NNG Promotions u l-kunċert, li qed isir bħala parti mit-tour dinji tagħha, Courage.

Il-kunċert se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-27 ta’ Lulju u għal aktar dettalji wieħed għandu jidħol fis-sit shopshappening.com. Il-biljetti se jkunu jistgħu jinkisbu mill-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru.

Dan it-tour dinji se jkun qed jieħu lil Dion f’100 belt madwar id-dinja fejn fosthom se tkun qed tagħmel l-ewwel wirjiet tagħha mhux biss f’Malta, iżda wkoll f’Ċipru.

Dan it-tour beda fit-18 ta’ Settembru u huwa l-ewwel wieħed tagħha fl-Istati Uniti f’dawn l-aħħar 10 snin.

Il-ġimgħa l-oħra Dion ħarġet tlett siltiet mużikali ġodda Imperfections, Lying Down u Courage, merfugħa mill-album ġdid tagħha li jġib l-isem ta’ Courage, l-istess isem tat-tour li qegħda tagħmel.

Tul is-snin, Cèline Dion kellha numru kbar ta’ suċċessi fosthom I’m Alive, All By Myself, The Power of Love, My Heart Will Go On, u Falling into You.

Fl-1988 hija kienet rebħet it-33 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest meta rrappreżenta l-Iżvizzera bil-kanzunetta Ne partez pas sans moi.