Celentano jirritorna llejla fuq it-televiżjoni

Wara li ftit xhur ilu falla l-proġett tal-Mediaset bil-programm Adrian, maħsub biex jiġbed l-eluf ta’ ammiraturi tal-artist ċelebri Adriano Celentano, illejla fil-ħin tad-9.20pm, l-istazzjon Canale 5 se jkun qed jagħmel tentattiv ieħor beix dan il-proġett televiżiv jieħu l-ħajja.

Fost bosta affarijiet, il-programm jinkludi wkoll il-cartoons ta’ Adrian Celentano.

B’differenza mill-ewwel tentattiv tal-programm li kien irreġsitra udjenza baxxa, l-programm issa minflok ġo teatru, se jkun qed isir minn ġo studjo tal-Mediaset u l-mistiedna din id-darba se jkunu wċuh familjari fuq it-televiżjoni.

Illejla waqt il-programm li jibda jixxandar għall-ħabta tad-9.20pm, l-mistiedna mistennija jkunu Piero Chiambretti, Massimo Giletti, Gerry Scotti, Paolo Bonolis u Carlo Conti.

Skont kritiċi televiżivi Taljani, dan il-format il-ġdid din id-darba għandu jirriżulta f’figuri favorevoli għall-Canale 5.