Ċelebrazzjonijiet fit-toroq…skiet perfett f’Burmarrad!

Skiet perfett f’Burmarrad illejla quddiem ir-residenza privata tal-Prim Ministru elett, Dr Joseph Muscat, b’kuntrast maċ-ċelebrazzjonijiet li kienu għaddejjin f’diversi lokalitajiet oħra.

Newsbook seta jinnota wkoll il-preżenza tal-pulizija għassa qrib il-bieb tad-dar ta’ Dr Muscat, għalkemm dan ma xtaqx jidher fir-ritratt.

Ir-ritratti l-oħra juru ċ-ċelebrazzjonijiet fit-toroq wara li tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali 2013.

Ritratti: Stefan Pullicino, Josianne Camilleri, Daniel Balzan