Ċelebrazzjonijiet f’Beunos Aires għall-ħatra tal-Papa ġdid

Mal-aħbar li l-Papa elett hu mill-Arġentina, bdew iċ-ċelebrazzjonijiet fil-kapitali Buenos Aires. Bosta qalu li ma kienux qed jistennew li l-Papa elett ikun mill-Arġentina. Iżda dan ma naqqasx mill-entusjażmu li wera’ l-poplu Arġentin ma’ din l-aħbar.

Kien hemm min saħansitra beda jgħid li qabel ma’ sar, il-Papa diġa’ kien qaddis, aħseb u ara issa li hu l-kap tal-knisja kattolika!