Ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Pawl Nawfragu f’Ruma

Maltin li attendew għaċ-ċelebrazzjoni f'Ruma li tfakkar in-Nawfraġju ta' San Pawl f'Malta.

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Frar, f’Ruma saret iċ-ċelebrazzjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.

Għal din l-okkażjoni kienet ċelebrata Quddiesa solenni fil-Knisja tal-Karmnu ta’ Via della Conciliazione presjeudta minn Rev. Michael Farrugia, Karmelitan. Fil-quddiesa konċelebrata ħadu sehem 12-il saċerdot Malti.

 Attenda l-Ambaxxatur Malti ghall-istat Taljan, Joseph Cuschieri u membri tal-istaff tal-Ambaxxata Maltija f’Ruma u komunità mdaqqsa ta’ Maltin li jgħixu fil-belt kapitali Taljana.

Wara ‘l Quddiesa, l-Ambaxxatur Malti poġġa bukkett fjuri f’riġel l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li hemm fl-istess knisja.

L-amabbaxxta wara offriet bufet li matulu saru tislijiet familjari bejn il-Maltin ta’ Ruma li ftit jaraw lil xulxin.

Ta’ min jgħid li l-festa li tfakkar il-miġja f’Malta tal-Appostlu Missierna San Pawl, tkun ċelebrata f’diversi pajjiżi barranin fejn hemm jgħixu komunitajiet Maltin fosthom  l-Ingilterra, fl-Awstralja, l-Istati Uniti, l-Kanada u pajjiżi oħra.