Ċelebrazzjoni ta’ kuluri fil-Belt Kapitali

Il-Pride Parade li saret fil-Belt ilbieraħ kienet akbar minn ċelebrazzjonijiet simili f’dawn l-aħħar snin. Attivisti fil-komunita LGBTIQ+ f’Malta li ilhom jieħdu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet sa mill-bidu tagħhom iddeskrivew ma’ Newsbook.com.mt kif fl-ewwel snin tal-Pride Parade kont tiddejjaq jekk mhux tibża tieħu sehem. Huma qalu li l-atmosfera inbidlet u issa ħafna persuni f’Malta japprovaw ħidma fil-miftuħ favur il-komunita LGBTIQ+ tant li iddeskrivew id-dimostrazzjoni tal-bieraħ bħala l-akbar waħda li qatt saret f’Malta.

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u diversi ministru u membri parlamentari minn naħat differenti tal-Parlament ħadu sehem fil-parata.

Għall-ewwel darba fil-parata kien hemm l-istandard tal-Global Network of Rainbow Catholics. L-organzzazjoni Kattolika Drachma hija membru tal-GNRC u fi stqarrija talbu lill-Vatikan jibda djalogu li għandu jwassal biex jinbidel il-lingwaġġ tal-katekiżmu dwar il-persuni LGBTIQ+.

Aħna nħeġġu lill-Knisja tkun aktar inklussiva u tkun Knisja li tħaddan fiha liż-żgħażagħ LGBTIQ+ aktar u aktar issa li s-Sinodu tal-Isqfijiet se jiddiskuti liż-żgħażagħ.”