Ċelebrazzjoni, mużika rilassanti, u vuċijiet spettakolari għall-Ewwel tas-Sena

Nexus Production Group

Read in English.

Xandira speċjali ta’ 70 minuta tat-Teatru Manoel Christmas Swing Special, ser tixxandar fuq TVM, f’Jum l-Ewwel tas-Sena, fl-3.45pm b’repetizzjoni fuq TVM2 fit-2 ta’ Jannar fid-9pm.

It-Teatru Manoel qed jipproduċi serata speċjali għal dawn il-ġranet ta’ festi bis-sehem ta’ wieħed mill-aqwa tenuri Maltin Nico Darmanin, taħt direzzjoni mużikali ta’ Kris Spiteri.

B’kollaborazzjoni bejn it-Teatru Manoel, il-Fondazzjoni Temi Zammit u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, din is-serata speċjali għal dawn il-ġranet ta’ festi tinkludi wkoll il-vuċijiet superlatttivi ta’ Jasmine Abela, Nadine Axisa u Nikki Vella, flimkien ma’ Adrian Brincat ir-Russu u t-Trio ta’ Kris Spiteri b’Alex Debono fuq il-perkussjoni, Simon Sammut fuq il-kuntrabaxx u Kris Spiteri fuq il-pjanu.

Din is-serata speċjali hija waħda ta’ ċelebrazzjoni, mużika rilassanti, u vuċijiet spettakolari.  Dawn is-serati live se jittellgħu fit-Teatru Manoel fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru fit-8pm u fil-31 ta’ Diċembru fit-3pm.

Nico Darmanin
Nico Darmanin. Ritratt: Darren Agius

Il-bilijetti jinxtraw għall prezz ta’ €20 u €15 għall-anzjani u studenti u l-booking isir fuq www.teatrumanoel.com.mt

Dan it-tagħrif twassal mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.