Ċelebrazzjoni għall-għarajjes u l-miżżewġa fil-Konkatidral

Ritratt: knisja.mt/ritratti

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jistieden lill-koppji li żżewġu fl-2019 u l-għarajjes li se jiżżewġu matul l-2020 għal ċelebrazzjoni permezz ta’ Quddiesa.

Il-Quddiesa tal-għarajjes li se jiżżewġu din is-sena se ssir għada s-Sibt, 4 ta’ Jannar, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Din se tibda fil-5.30pm.

Intant, il-Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ is-sena li għaddiet se ssir is-Sibt, 11 ta’ Jannar, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Din tibda fil-5.30pm.

Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet huma organizzati mill-Moviment ta’ Kana u se jitmexxew minn Mons. Arċisqof li wara l-Quddies ser jiltaqa’ mal-koppji.