​Ċelebrazzjoni fil-125 anniversarju mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġużepp fl-Imsida

Fl-okkażjoni tal-125 anniversarju mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ San Ġużepp fl-Imsida, se jsiru diversi attivitajiet.
Fi stqarrija, il-Parroċċa tal-Imsida ħabbret li:

  • Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 
    Wara l-quddiesa tas-6.00pm, l-istatwa titulari ta’ San Ġużepp toħroġ mill-Knisja Parrokkjali u ssir purċissjoni lejn il-kappella tal-Kunċizzjoni fejn wara mument ta’ talb tittieħed bit-trasport lejn il-knisja tal-Ġiżwiti l-Belt. Tittieħed b’purċissjoni lejn il-Knisja tal-Madonna tal-Porto Salvo (San Duminku) fil-Belt.
  • Il-Ħadd 18 ta’ Marzu 
    Fit-8.00am l-istatwa titulari ta’ San Ġużepp toħroġ b’purċissjoni mill-knisja ta’ San Duminku fil-Belt. Fid-9.15am tibda vjaġġ bid-dgħajsa sal-moll tax-Xatt tal-Imsida fejn tkun milqugħa mill-Banda Melita.
    Fil-11.00am tkun iċċelebrata quddiesa fil-pjazza mill-Kappillan il-ġdid, il-Kanonku Dun Simon Sciberras.
  • It-Tnejn 19 ta’ Marzu
    Fis-6.00pm issir quddiesa kantata solenni fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Dun Simon Sciberras bħala l-Kappillan tal-Parroċċa.

Ritratt: Richard Faenza