Ċelebrazzjoni doppja għal Lawrence Gray

Il-kantant Lawrence Gray illum qed jiċċelebra għeluq il-45 sena tiegħu. Twieled bħal-lum fl-1975. Illum jaħbat ukoll id-disà anniversarju mit-tieġ tiegħu ma’ Maronia, li għal din l-okkażjoni għamlitlu messaġġ ta’ awgurju. Huma żżewwpu fl-2011.

Fil-messaġġ tagħha Maronia rringrazzjat lil żewġha ta’ kull ma jagħmel għalihom u ddeskrivietu bħala l-aqwa missier għat-tifel tagħhom Liam.

Ritratt: Facebook/MaroniaGray

Lawrence ilu jkanta sa minn mindu kellu tmien snin. Huwa wkoll mħarreġ fi żfin modern u ballet u fl-1990 kiseb ukoll ċertifikat mill-British Theatre Dance Organisation.

Fl-1997  kien il-kantant mal-grupp rock Meer u rrekkordjaw sitt kanzunetti.

Lawrence Gray ipparteċipa fil-Malta Song For Europe tmien darbiet u darbtejn minnhom kklassifika fit-tieni post, fl-1999 b’The Right Time u fl-2003 bil-kanzunetta Why Not.

Ħa sehem ukoll f’bosta festivals barra minn Malta kif ukoll ħadem f’bosta musicals, bl-aħħar wieħed li ħadem kien Il-Perit fejn huwa nterpreta lil Dom Mintoff.

Fl-2014 huwa ħa sehem fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta The One That You Love.

Lawrence u Maronia fil-jum tat-tieġ tagħhom fl-2011

Awguri Lawrence f’dan il-jum ta’ ċelebrazzjoni doppja!