Cazorla jsellem lil Arsenal

cazorla

Il-midfielder Santi Cazorla mhux ħa jibqa’ plejer ta’ Arensal wara tmien operazzjonijiet fuq l-aksa li ħallewh barra mit-tim Ingliż għal sena u nofs.
Il-plejer Spanjol ingħaqad ma’ Arsenal mingħand Malaga f’2013 u għal bosta staġuni kien meqjus bħala wieħed mill-iżjed plejers konsistenti tal-Gunners. Mogħni bi kwalitajiet tekniċi li bihom seta’ joħroġ minn sitwazzjonijiet diffiċli, Cazorla dejjem ta wirjiet tajbin fil-logħbiet l-iżjed importanti. Il-partitarji ta’ Arsenal żgur se jibqgħu jiftakruh għal gowl u assist fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Manchester City fl-2015 kif ukoll għal free kick kontra Hull City fil-finali tal-FA Cup tal-2014. Il-plejer ta’ 33 sena mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Villareal, eks tim tiegħu milll-2007 sal-2011.