Cathleen Cortis b’PHD fix-Xjenza Konjittiva

Cathleen Cortis, Uffiċjal tar-Riċerka għall-għotja multidixxiplinarja ffinanzjata mill-UE, riċentement irċeviet PhD mill-Università ta’ Essex għat-teżi tagħha, ‘Comparing The Immediate Free Recall of Verbal and Visuo-Spatial Stimuli: List Length, Capacity and Output Order Effects in Single- and Dual-Modality Tasks’.
Wara li rċiviet MSc fin-Newroxjenza Konjittiva mill-Università ta’ Essex, bi klassikazzjoni ta’ distinzjoni, iffinanzjata minn Strategic Educational Pathways Scholarship, Cortis bdiet u b’suċċess spiċċat PhD ta’ tliet snin fil-Psikoloġija, bi speċjalizzazzjoni fil-memorja u l-konjizzjoni, iffinanzjata mill-Malta Government Scholarship Scheme.
Fit-teżi tal-PhD tagħha, Cathleen Cortis kienet pijuniera f’eżerċizzju ta’ tifkir ħieles viżjo-spazjali u sabet diversi similaritajiet bejn tifkir ħieles verbali u dak viżjo-spazjali. Meta dawn jingħaqdu flimkien, Dr Cortis skopriet ukoll li l-mod kif il-parteċipanti jiftakru hu iktar konsistenti ma’ approċċ b’dominju ġenerali lejn il-memorja milli wieħed b’dominju speċifiku.
Dan ifisser li l-manutenzjoni tal-ordni tal-avvenimenti għandha iktar ċans tkun proċess komuni b’firxa fuq it-tipi kollha tal-istimuli fil-perjodi tal-ħin kollha, u li memorji verbali u viżjo-spazjali għalhekk mhumiex separati minn mekkaniżmi li huma speċifiċi għad-dominju.    
Matul il-PhD tagħha, kienet sorvejlata mill-Kap tad-Dipartiment tal-Psikoloġija tal-Università ta’ Essex, Prof Geoff Ward, li hu espert fil-memorja immedjata. It-tieni supervisor kien Dr Kevin Dent li jispeċjalizza f’konjizzjoni viżwali.
Xi xogħol ta’ Dr Cortis ġie ppubblikat fil-‘Journal of Experimental Psychology: Learning, Memory and Cognition’ u fil-‘Journal of Experimental Child Psychology’, filwaqt li se jkunu qed jiġu ppubblikati numru ta’ pubblikazzjonijiet oħra fil-futur.