Catherine Deneuve l-isptar wara puplesija

Ritratt: Rita Molnar

L-attriċi Franċiża Catherine Deneuve li għandha 76 sena ddaħħlet l-isptar fi Franza ssofri minn puplesija.

Skont l-aġenzija li tirrappreżenta lill-attriċi, il-puplesija li l-attriċi sofriet kienet waħda ħafifa, u li l-kundizzjoni tagħha hija stabbli għalkemm għandha bżonn iż-żmien biex tirkupra saħħitha lura.

Deneuve ħadmet għadd films ta’ suċċess iżda l-aktar film li baqgħet magħrufa għalih kien Belle de Jour tal-1967.

Hi kienet bdiet il-karriera tagħha fl-1964 permezz ta’ The Umbrellas of Cherbourg tal-1964. Fl-1993 kienet ukoll nominata għall-Oscar għall-interpretazzjoni tagħha fil-film Indochine.

F’dawn l-aħħar ġimgħat l-attriċi kienet impenjata taħdem fil-film De Son Vivant tad-direttur Emmanuelle Bercot.