L-Awtorità tas-Saħħa tan-Norveġja qalet li l-ammont ta’ dożi tal-vaċċin tal-Pfizer-BionNTech lejn l-Ewropa se jonqos mill-ġimgħa d-dieħla li ġejja għal perjodu li għadu ma ġiex speċifikat. Pfizer se tnaqqas it-tqassim tagħha b’rabta ma’ tkabbir fil-produttività u għaldaqstant se jiġu affettwati l-pajjiżi Ewropej kollha.