Nixtieq niġbed l-attenzjoni lid-Dipartiment tas-Saħħa għal dawk il-pazjenti kollha li qegħdin l-isptar u fil-homes għal ġranet sħaħ, speċjalment l-anzjani, li ma jafux jużaw il-laptops. Magħluqin ġol-kamra għax morda u lanqas biss jistgħu jgħaddu l-ħin billi jaraw naqra TV għax fil-kamra m'hemmx, u dawn mhux ġurnata jew tnejn. Lanqas il-ħabsin, għax għandhom.