L-Arċisqof Charles Scicluna llum bierek librerija fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju, li nbidlitilha isimha, tifkira għall-Professur u l-ġgant tal-letteratura MaltijaOliver Friggieri. Friggieri, meqjus bħala wieħed mill-akbar kontributuri tal-letteratura u l-lingwa Maltija, miet f’Novembru li għadda fl-età ta’ 73 sena. Huwa kien student tas-Seminarju.