Ian Castaldi Paris ħa l-ġurnament ta’ Membru Parlamentari Laburista wara li aktar kmieni rebaħ l-elezzjoni kawżali biex jieħu post l-eks Ministru Chris Cardona li rriżenja mill-Parlament fl-aħħar ta’ April li għadda.
Fl-ewwel stqarrija fil-Parlament, Castaldi Paris qal li jrid jagħti l-massimu tiegħu f’din il-kariga ġdida u jħares ‘il quddiem biex jibda dan ix-xogħol ġdid.
Hu rringrazzja lil Cardona tax-xogħol li għamel fuq it-8 Distrett kif ukoll lil Rachel Tua li kienet fit-taqtiegħa miegħu fl-elezzjon kawżali.
Mis-sala tal-għadd tal-voti…
Filmat: Castaldi Paris jirbaħ l-elezzjoni għas-siġġu ta’ Cardona