Cassola jniedi l-logo tiegħu

Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola nieda l-logo li se jkun qed juża fuq il-polza tal-vot waqt l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej.

Cassola qal li d-deċiżjoni tal-bieraħ tal-Kummissjoni Elettorali biex tħalli kandidati indipendenti jużaw logo kienet l-ewwel waħda fl-istorja ta’ Malta. Cassola qal li dan kien qed isir minħabba miżinterpretazzjoni tal-liġi elettorali.

Cassola qal li jemmen li d-disinn minimalist tal-logo tiegħu juri l-personalità tiegħu. Qal li l-loġo sar mill-akkademiku tal-komunikazzjoni Ġorġ Mallia.

Ilbieraħ Cassola ngħata l-permess juża logo għal fuq il-polza tal-vot. Fi stqarrija, Prof. Cassola qal li ġie infurmat mill-Kummissjoni Elettorali li kandidati indipendenti se jkunu jistgħu jużaw logos.

Aktar mill-kampanja elettorali: