Cassola jgħid li Muscat u Delia ipokriti

Read in English.

Il-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew indipendenti u eks-Ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola ddeskriva l-aħħar mossi tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Partit Nazzjonalist Adrian Delia kontra r-razziżmu bħala ipokrezija.

Cassola spjega kif persuna li ftit tas-snin ilu kienet awgurat li xi immigrant Somalu jaħtar lill-Kummissarju Ewropew Cecilia Malmstrom illum il-ġurnata qiegħda tiġi ppreżentata minn Joseph Muscat bħala star candidate tal-Partit Laburista għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

Cassola tkellem ukoll dwar kandidat tal-Partit Nazzjonalista għal Parlament Ewropew li, skond Cassola, ilu żmien jattakka u jgħajjat li l-immigranti qegħdin jieħdu l-ħwienet fil-Marsa u l-Ħamrun u li dan kien qed ikollu impatt fuq il-komunitajiet tal-Marsa u l-Ħamrun.

Cassola sostna li issa Muscat u Delia jriduha tal-paladini ta’ kontra r-razziżmu u sostna li huma ipokriti bla mistħija.