Cassola jgħid li Muscat għandu jerġa’ jixhed fl-Inkjesta Pubblika

Facebook

Read in English.

Il-Professur Arnold Cassola, politiku indipendenti li l-imħallfin fil-bord fl-inkjesta ta’ Daphne Caruana Galizia għandhom jerġgħu jitolbu lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex jerġa’ jixhed. Huwa għamel din it-talba wara li fix-xhieda li ta llum Keith Schembri ħareġ li Joseph Muscat minn dejjem kien jaf li huwa ħabib ma’ Yorgen Fenech.

Cassola kompla jgħid li Keith Schembri ammetta li huwa kellu konversazzjonijiet ma’ Joseph Muscat dwar il-kumpanija 17 Black u żied li dan jikkuntrasta ma’ dak li qal Muscat. Il-Professur Cassola qal li Joseph Muscat għamel sentejn jew tlieta jgħid li ma kienx jaf b’17 Black u li qatt ma tkellem ma’ Keith Schembri dwar dan.

Cassola rrimarka li meta kollox qiegħed jipponta dwar il-fatt li l-kumpanija 17 Black setgħet kienet il-mottiv wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huwa saħaq li huwa imperattiv li Joseph Muscat jerġa’ jissejjaħ biex jagħti spjegazzjoni għad-dikjarazzjonijiet kontradittorji li saru minnu.

Schembri żvela wkoll li ‘huwa qatt ma għamel xejn minn wara dahar Joseph Muscat’, kompla Cassola u stasa jekk dan ifissirx li Joseph Muscat kien jaf li Keith Schembri kien ċempel lil Melvin Theuma biex joffrilu impjieg mal-Gvern permezz ta’ Sandro Craus li huwa persuna oħra ta’ fiduċja fis-segretarjat ta’ Joseph Muscat.

Cassola staqsa wkoll jekk il-fatt li Schembri qatt ma għamel xejn minn wara dahar Muscat ifissirx li Joseph Muscat kien jaf ukoll bl-ittra bl-istruzzjonijiet li Keith Schembri bagħat lil Yorgen Fenech mat-tabib Adrian Vella.

Cassola għalaq b’appell lill-Bord tal-Inkjesta biex jerġgħu jsejħu lil Joseph Muscat biex iwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet kif ukoll għall-mistoqsijiet oħra li Muscat waqqaf il-bord milli jsaqsu bħall-iSwiss Leaks. Madankollu Keith Schembri tkellem dwarhom.