Ingredjenti
500g spagetti msajra
3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
3 basliet żgħar imqattgħa fin
2 irjus tat-tewm mitħuna
45g dqiq
2 kikkri brodu tat-tiġieġa
¾ ta’ kikkra ħalib
1 kuċċarina sagħtar niexef
¾ ta’ kuċċarina qoxra ta’ lumija maħkuka
nofs kuċċarina melħ
nofs kuċċarina noċemuskata
bżar għat-togħma
500g sider tat-tiġieġ imsajjar maqtugħ kubi
130g piżelli tal-friża
200g ġobon Cheddar maħkuk
90g frak tal-ħobż tal-pakkett
2 mgħaref butir imdewweb
Metodu
Saħħan il-forn għal 180˚Ċ (350˚F)
Sajjar l-ispagetti u għaddi minn passatur.
Saħħan f’taġen iż-żejt u aqli l-basal u t-tewm f’daqqa għal minuta. Żid id-dqiq u sajjar għal minuta waqt li tħawwad il-ħin kollu.
Żid il-brodu, il-ħalib, is-sagħtar, il-qoxra tal-lumija maħkuka, il-bżar, il-melħ u n-noċemuskata. Wara ħawwad it-tiġieġ u l-piżelli mat-taħlita. Saħħan tajjeb u żid l-ispagetti u l-ġobon.
Ittrasferixxi t-taħlita f’dixx tal-forn.
F’bieqja ħawwad flimkien il-butir imdewwed u l-frak tal-ħobż. Roxx fuq l-ispagetti fid-dixx u sajjar fil-forn għal 8-10 minuti sakemm il-wiċċ jieħu kulur dehbi.