Casserole tat-tiġieġ bil-fażola kbira

Ingredjenti

żejt taż-żebbuġa

1 ras ta’ tewma mgħaffġa

4 basliet imqattgħa fin

1 bżaru aħdar imqatta’ slajsis irqaq

2 kurrat imqatta’ slajsis irqaq

6 faqqiegħ

1.75 litri brodu tat-tiġieġa

2 mgħaref soy sauce

bott tadam imqatta’ ta’ 400g

2 zunnariji mqarrgħa fin

bott fażola kbira ta’ 400g, maħsul mill-ilma tiegħu

10 koxox tat-tiġieġ, bla ġilda imma bl-għadma

2 slajsis bejken bla ġilda

Għar-ross

285g ross basmati

Metodu

Saħħan iż-żejt f’kazzola, itfa’ l-basal u t-tewm u sajjar sakemm il-basal jirtab. Żid il-bżaru aħdar, il-bejken, il-faqqiegħ u l-kurrat u sajjar fuq nar bati.

Żid il-brodu tat-tiġieġ, is-soy sauce u t-tadam u saħħan sakemm jibda jagħli. Baxxi n-nar u tektek għal xi ħin. Żid iz-zunnarija, il-fażola kbira u l-koxox tat-tiġieġ u ħalli fuq nar tassew bati għal siegħa.

Aqbad koxxa tat-tiġieġ u ara li tkun saret tajjeb li meta tneħħi l-għadma din toħrog mill-ewwel u l-laħam jitfarrak. Agħmel hekk lill-kumplament tat-tiġieġ u żid fil-borma mal-kumplament.

Sajjar ir-ross u meta tkun se sservi agħmel bieqja żgħira bir-ross mal-platt li tkun isservi t-tiġieġ fih.