Casserole tal-kaboċċi

Ingredjenti

4 bajdiet kbar

35g yogurt

35g mayonnaise

35g dqiq

nofs kuċċarina baking powder

nofs kuċċarina starch

2 mgħaref xibt (dill)

nofs kaboċċa mqattgħa rqiqa

nofs kuċċarina melħ

2 mgħaref basal imqatta’ fin

110g mozzarella

Metodu

Saħħan il-forn minn qabel għal 190˚Ċ (375˚F).

Ħallat tajjeb flimkien il-bajd, il-jogurt u l-mayonnaise.

F’reċipjent ieħor ħallat id-dqiq, il-baking powder u l-istarch sakemm ikollok taħlita magħquda. Ħallat ma’ din it-taħlita dik tal-bajd. Ħalli fil-ġenb.

F’bieqja poġġi l-kaboċċa mqattgħa sew u itfgħalha l-melħ. Għaffeġ b’subgħajk għal nofs minuta biex trattab il-ħaxix u mbagħad żid il-basal u x-xibt.

Ifrex il-kaboċċi f’dixx tal-forn u ferragħ t-taħlita tad-dqiq fil-wiċċ. Ferrex imbagħad il-mozzarella mqattgħa f’biċċiet żgħar u aħmi fin-nofs tal-forn għal madwar 35 minuta sakemm il-wiċċ jieħu kulur dehbi.