Casserole bl-ikkapuljat, patata maxx u ġobon

Ingredjenti

450g kapuljat taċ-ċanga

1 bott soppa tal-faqqiegħ

260g ġobon Cheddar maħkuk

450g patata maxx

30g tadam imqatta’ biċċiet żgħar

bżar u melħ

Metodu

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ/350˚F

Sajjar l-ikkapuljat fuq nar moderat sakemm jieħu kulur kannella, daqs 8-10 minuti. Żid il-bżar u l-melħ.

Ferragħ s-soppa tal-faqqiegħ fil-wiċċ u ħallat tajjeb mal-laħam. Poġġi t-taħlita fejn se ssajjar il-laħam. Fil-wiċċ ferrex bil-galbu l-patata maxx biex tiksi l-wiċċ kollu.

Fil-wiċċ ta’ kollox roxx il-ġobon Cheddar maħkuk u t-tadam.

Aħmi fil-forn sakemm il-ġobon idub u jieħu kulur dehbi, madwar 30 minuta.