Casserole bil-majjal u l-bajd

Ingredjenti

450g kapuljat tal-majjal

6 bajdiet kbar

2 tazzi ħalib

1 kuċċarina melħ

1 kuċċarina trab tal-mustarda

6 slajsis tal-ħobż mqattgħa f’biċċiet ta’ 1ċm

130g ġobon Cheddar maħkuk

Metodu

Aqli l-kapuljat tal-majjal fi ftit żejt. Meta jsir ħallih fil-ġenb.

B’bieqja kbira ħabbat il-bajd u żid il-ħalib u l-mustarda. Ħawwad ftit.

Żid il-ħalib, il-melħ  u l-mustarda. Ħawwad mat-taħlita l-biċċiet tal-ħobż, il-ġobon u l-ikkapuljat.

Agħmel it-taħlita f’dixx tal-forn. Għattih bil-fojl u daħħlu fil-friġġ għal 8 sigħat jew għal matul il-lejl.

Oħroġ id-dixx nofs siegħa qabel tkun se taħmi. Sajjar f’temperatura ta’ 177˚Ċ/350˚F għal 40 minuta jew sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa.