Casa jikteb liċ-Chairman tal-S&D wara stqarrija dwar Malta

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, bħala kap tad-delegazzjoni Maltija fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew, irreaġixxa għall-istqarrija tal-Partit Soċjalista Ewropew tal-aħħar jiem u kiteb liċ-Chairman tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi, Gianni Pittella.
Fl-ittra tiegħu, Casa ħeġġu jitbiegħed minn alleanzi politiċi u jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-Gvern Malti u dak li ħareġ mid-dokumenti ppubblikati mill-Panama.
Irrefera wkoll għas-seduta tal-Qorti dwar każ kriminali marbut ma’ defamazzjoni kontra l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi, u rrimarka li minnha ħareġ li l-każ infetaħ mill-Gvern Malti mhux minn ċittadin privat.