Caruana Scicluna, Frendo Duca jirbħu l-Platinum Cup

Justin Caruana Scicluna ta prestazzjoni impressjonanti matul it-turnament biex ħareġ rebbieħ. Wara li kkwalifika fir-raba’ post wara Dennis Mercieca, Matthew Magro u Damian Pisani, Caruana Scicluna spara ‘l fuq sal-ewwel post fir-Round Robin b’medja rekord ta’ 242 fuq ħames logħbiet, fejn titlef biss logħba waħda kontra Magro fil-proċess.

Magro spiċċa fit-tieni post quddiem Mercieca, u għelbu fis-semifinali biex jiffaċċja lil Caruana Scicluna fil-finali. Magro baqa’ għaddej tajjeb fejn lagħab logħba brillanti ta’ 276 kontra 228 ta’ Caruana Scicluna fl-ewwel logħba, biex sforza decider. Din kienet taqtigħa sal-aħħar frejm, fejn Magro kellu bżonn tleiet strikes iżda falla t-tieni wieħed biex b’hekk Caruana Scicluna rebaħ 258 kontra 245.

Matthew Howard u Mark Spiteri spiċċaw fil-ħames u s-sitt post rispettivament min 33 kompetitur. Fl-kompetizzjoni tan-nisa, Cynthia Frendo Duca kienet ikkwalifikat fit-tielet post wara Sue Abela u Sarah Xuereb. Imbagħad rebħet erba minn ħames logħbiet fir-Round Robin biex tikkwalifika għall-finali fl-ewwel post, quddiem Abela u Tiziana Carannante. Carannante rnexxiela telgheb lil-Abela fis-semi-finali (188-183) biex b’hekk iffaċċjat lil Frendo Duca. Carannante rnexxielha tegħleb il-Frendo Duca fl-ewwel logħba (173-177) iżda mbagħad Frendo Duca rebħet lil Carannante fid-decider biex ħarġet rebbieħa tat-Tazza. Joanna Attard, Sara Xuereb u Melissa Swift spiċċaw fir-raba’, il-ħames u s-sitt post rispettivament.